DIRETTUR

Alexandra Gatt

Direttur

Is-Sinjura Alexandra Gatt twieldet Tas-Sliema u bdiet il-karriera tagħha mas-Servizz Pubbliku fl-1982 fil-Ministeru għall-Finanzi, wara l-edukazzjoni post-sekondarja tagħha fil-Liċeo Ġdid fl-Imsida.

Fl-2003 is-Sinjura Gatt inħatret Uffiċjal tal-Kontroll fl-Awtorità tal-Lotteriji u tal-Logħob li għadha kif twaqqfet, fejn ġiet fdata bil-liċenzjar u r-regolamentazzjoni tal-Kumpaniji tal-Logħob mill-bogħod u ffurmat parti mill-grupp ta’ ħidma għall-promulgazzjoni tar-Regolamenti tal-Logħob mill-bogħod ippubblikati f’April 2004. Matul iż-żmien tagħha fl-LGA is-Sinjura Gatt irrappreżentat lill-Awtorità f’diversi konferenzi tal-logħob l-aktar f’Londra, Barċellona u Kopenħagen, u kkumplimentat l-esperjenza prattika tagħha b’Masters Degree fl-Amministrazzjoni tan-Negozju minn Henley Business School fl-Università ta’ Reading.

Fl-2014 is-Sinjura Gatt inħatret Assistent Direttur (Riżorsi Umani) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, u fl-2015 inħatret Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol fi ħdan il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, l-ewwel mara li iżomm din il-pożizzjoni ta’ kap. Matul dan iż-żmien serviet ukoll bħala Deputat Chairperson f’diversi bordijiet bħall-Employment Relations Board u l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, u Membru tal-Bord għaċ-Ċentru għall-Istudji tax-Xogħol fl-Università ta’ Malta. Matul dan iż-żmien, is-Sinjura Gatt kienet responsabbli wkoll mid-delegazzjoni tripartitika li tattendi l-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol li ssir kull sena f’Ġinevra, inkluża rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea, f’isem il-Presidenza tal-UE fl-2017, meta l-E.E Marie Louise Coleiro Preca, President tar-Repubblika, indirizza s-Summit tad-Dinja tax-Xogħol li jittratta l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fid-Dinja tax-Xogħol.

Is-Sinjura Gatt inħatret Direttur tal-Istandards tal-Kura tas-Saħħa fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa fl-2022, fejn hija responsabbli għal-liċenzjar u r-regolamentazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa fuq livell nazzjonali.