Iċ- Ċarter Nazzjonali tal-Pazjent tad-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tistabbilixxi d-drittijiet u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-persuni li jirċievu kura fi ħdan is-sistema tal-kura tas-saħħa ta’ Malta u Għawdex u tipprovdi informazzjoni biex issostni l-provvista ta’ kura sigura u ta’ kwalità għolja u biex tappoġġja fehim kondiviż tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’ nies li qed jirċievu kura. Iċ- Ċarter tal-Pazjent huwa strutturat madwar it-8 prinċipji li ġejjin:
-Protezzjoni tas-Saħħa -Aċċess -Informazzjoni -Parteċipazzjoni u Kunsens Informat -Privatezza u Kunfidenzjalità -Dinjità u Rispett -Kura tas-saħħa sigura -Kummenti u Ilmenti
Wara konsultazzjoni fil-fond mal-partijiet interessati kollha tnieda iċ- Ċarter tal-Pazjent fil-21 ta’ Novembru 2016.